Tuesday, January 28, 2014

Caw KA

Kien lejl xitwi mdallam
Sena elfejn u tlieta
Fuq bank mal hbieb tieghi
Diskursata kwieta 

 Kont ijli nnnemmislek
Narak lhemm u lhawn
Kultant liebsa liswed
Kultant bdak il brown

 Biss f dak il perjodu
 Gieni dak il hsieb
 Fuqek bdejt nitkellem
 Sahansitra mal hbieb

Ma setghux jemmnu
Kif dlonk iffissajt
Ma kontx lisbah wahda
Pero kont orrajt

Hassejt illi f hajti
Kien hemm xi nuqqas
Sabiex nimmatura
Kelli nghamel pass

Poggejt naqa fuqek
U lqajtni bil kwiet
U malli missejtek
Ingbidt minnufih

Intbaht li ghalija
Int biss kont ser tkun
Int tghajt sens lil hajti
U gibtni iljun

Kemm konna ndoqqu
U nkantaw flimkien
Blistereo mghol alla
U l bass mal bibien

La qatt tindahalli
X diski nismighu
U jekk jigi siehbi
Arak tkompli mieghu

 Dik ir rikba tieghek
Xi haga specjali
Anke shabi u huti
Hasbua lkoll bhali

U nisa dahhaltlek
 Xi wahda kultant
Int qatt ma qlajt panik
Basta mhux bil lant

Ghaddejna minn hafna
U jiddispjacini
Ta meta xi darba
Tkun sew qabbiztieli

U forsi mmarkajtek
U ghamiltlek il hsara
Jew meta kont nixrob
U ma nibqax nara

 Izda int dejjem hfirtli
U lqajtni go fik
Ta din il pacenzja
Ma stajt qatt inhallik

 Izda d destin kiefer
U ma hasibiex
Ried li jiffridna
Ma nafx il ghaliex???

 Mitluqa fil mainroad
Mdawra bil hgieg
Bil hoss tas sireni
U d diskors tan nies

Qaluli malewwel
li nista ninsik
lahhar sforz ta hajtek
Int m'uzajtx ghalik

L ahhar stampa tieghek
Mitluqa bla htija
Go mohhi rikordji
Sens ta nostalgia

Go qalbi id dieqa
Li kelli nhallik hekk
Izda rrid nammetti
U nghid li daqshekk

 Biss post gewwa qalbi
Int dejjem se jkollok
Imwahhal ma gewwa
Biex zgur hadd ma jhollok

U meta nixjieh
 u jsaqsuni ghalik
Jien qass biss nahsiba
 La hafna u qass ftit

Anke jekk navvanza
U l kwalita nzid
Zgur li bhal KA tieghi
jien qatt mu' se nsib