Kemm qomt ma niflahx dolghodu
ed inhoss rasi edt iddur
kont daqsejnx hosbien illejla
u ed nghix go deja-vu
kont et nahseb li f dicembru
ser nghalaq sitta u ghoxrin sena
u bhal daz zmien sentejn ijlu
flistess kliem kont et ninhela
ghax l arkati tal imhabba
jiena dawn bqajt ma sibtomx
jista jkun ghaddejt minn hdejom
u forsi ma ilmahtomx
forsi ghax issa mghadomx moda
kulhadd jarma bil modern
u larkati madux zminom
jippreferu l open plan
U daqqa jigi habib tieghek
u itik daqsxejn kuragg
tara illi huwa rnexxa
u tghid mis shab edt tara ragg
imbad tisma erbgha stejjer
u tistkerrahom fil pront
fuq xi hadd li waqqawlu arkata
u mar itiha minn fuq xi pont
u ghalkemm xi ftit jew wisq
jiena hajti irrangajt
ikolli hawn nammettia
li minghajr arkata bqajt
u hemm ragunijiet varji
ghala din jien ma sibtiex
ha nkun onest mieghei innifsi
nahseb li ma fittxejtiex
spiss nispicca nirrifletti
din larkata fejn sa nsiba
ghax laqqas ma trid tispicca
bxi haga li hadd ma jrida
Jista jkun li din il haga
jiena ntiha wisq tal hsieb
u lil din ic ckejkna qalbi
ed nifniha gol hurrieq
naf biss illi daqt novembru
tax xita gej listagun
minajr arkati ser nixxarrab
u nihu rih fil pulmun
izda dan larlogg tal hajja
jibqa dejjem ghaddej fin fin
u il popolin jissilet mieghu
f din il glieda kontra l hin
forsi nohrog minn dil binja
nsib arkata wara l bieb
forsi din niltaqa maghha
ftit aktar lil'in fit triq
u forsi mhuwiex imnalla
illi insib din larkata
ghax m'hemmx pedamenti sodi
u taqa mil lum ghal ghada
forsi din larkata tieghei
hi li nqabbel zewg kelmiet
u nibqa nfittex ir risposti
gewwa xi anglu al kwiet
Issa li ed naqta qalbi
illi dawn larkati nsibom
ed inrabbi l kunvinzjoni
..imma jiena vera rridom?
No comments:
Post a Comment