Tuesday, November 3, 2009

Il Vers

Apatija f nofs jum sajfi,
hedla wara nofsinar,
kemm nixtieq li ninsab rieqed
ghax minix nara hlief cpar

Izda norqod ma nistax,
ghax ninstab ix xoghol mghaluq
prigunier ta dan il binja
ghasfur go gagga hawn mitluq

Kieku kont nghix fi zmien iehor
naqbad pinna karta u klamar,
nikteb kelma wara kelma
u nizvoga flirrakkuntar,

izda ghalkem ghidt nghix bhalissa
fi zmien maggel u f'rankatura
xorta niftah naqa n notepad
u ninfexx mal skrittura

Burdata tajba jew hazina,
il muza dejjem tibqa ttini
sabiex infassal erbgha strofi
u il kliem jigu katini

largument gieli jkun serju,
u jitkellem fuq in niket,
izda tikteb erbgha strofi
u id dahk ma jkunx imbieghed

Kultant naqbad nirrakonta
fuq tal klikka l avventuri
u tbissima dlonk tinholoqli,
kemm insemmi xkanaturi

kultant mohh li nikteb hafna
zgur li jiena ma jkollix
u jekk tigi dlonk xi idea
niktiba biex ma ninsijx

nimla d desk kollu bil karti
min jaqrom jejd dan mignun
izda jien u shabi nafu
li al kul karta hemm ragun !

Gieli nzomma ghal xi okazzjoni
u naqrahha quddiem shabi,
gieli niftah il jum bia
anzi din grat hafna drabi

Dawn il versi ma nafx kif,
nhossom jigu naturali
u jek namel zmien minnom nieqes
nejd illostja awn xi grali?

Xemx u xita, sajf u xitwa,
ta bi nhar jew ta bil lejl,
ma tamillix differenza,
minflok wahda niktbu tnejn

Biss habib, meta jien nghidlek
minajr vers jiena ma noqodx,
meta nikteb jien nisvoga,
minajr strofa ma norqodx

F din il hajja rajt minn kollox
grajjiet koroh grajjiet sbieh
vizjijt qbattom u nsejtom
Izda l vers ma rridx ninsieh

No comments: