Tuesday, November 3, 2009

Ir Rota tal hajja

L ghodwa b ragg ta xemx berkitek
u heggitek sabiex tqum
fuq il friex tintefa tahseb
"x'ser joffrilek dan il jum?"

Kultant tqum u thares lura
minflok thares il quddiem
dawk it tbajja fir ritratti
illi ttappnu tul iz zmien

Episodji li ghaddejt minnom
u ftit jew wisq effetwawk
grajjit li kuragg ghamlulek
ohrajn lura dlonk tefghuk

Minghalik li hrigt ta ragel
ghax il hbieb iggakbinajt
ghadda iz zmien u dahret kontra
u aqqas biss indunajt

Dak ir ragg ta dawl hekk sbejjah
li melsek fi sbieh il jum,
u mas sema kahlanija
tbissimlek lejn il futur

mat tul tal jum jigi mhedded
minn shab ikrah gej mil boghod
u mal hemda tal lejl tefek
go qoxortok hemm tirtod

fost linsikurezzi tieghek
illi minghalik insejt
meta mir realta kont et tahrab
u f'hajja ohra kont inhbejt

Din il hajja m'hi xejn aktar
milli rota ddur iddur
iz zmien kaxkar, ir rota daret
wara kulhadd professur

U ir rota ghada ghaddejja
ma tistenna l hadd u l xejn
kieku nista immur lura
zgur li nibdel pass jew tnejn

Izda r rota tibqa addejja
u ghada min jaf xinhu gej?
jew nohorgu min dit toqba
jew immissu l qieh bl idej

Issa illi ghaddiet min fuqhi
ir rebbiegha taz zghozija
ir rota tal hajja tieghi
edt tohloqli nostalgija...

No comments: