Tuesday, November 3, 2009

Il- Barbiljun

L ghodwa bahhret hekk puntwali
mat tokk tal isveljarin
ix xemx kienet edt tirpilja
u sa titla fi ftit hin

qomt mill friex u dritt ghax shower
minghajr ghageb u teftif
u dak lilma ruxxan helu
qajjimni hafif hafif

gewwa l office wasalt kmieni
b dil burdata ferrihija
u fmohhi ghandi li nghamel
jum ta xoghol minajr tbatija

malli nidhol gewwa l office
nbexxaq kem kemm it tieqa
u bhal san frangisk t assisi
ittini merhba hamiema

il hamiema giet sa hdejja
tippassiega fuq it tieqa
it tbissima li qanqlitli
tnehhili kull hsieb ta dieqa

Ma nafx ghala dil burdata
forsi ghax ghandi avveniment
barbiljun hemm jistennini
fl ikel hemm investiment

Patrick jidher kargat sewwa
ibbookja nofstanhar leave
sabiex ma joqodx ijaggel
dan it tifel mhux naive

Il Bone dejjem lest ghal ikel
u jghaddi suggerimenti
qatt ma smajtu jgerger wahda
dejjem Iva bla ilmenti

Ommi Rita il permess harget
biex l event isir fli gnien
ghalkemm dejjem b dik il biza
li sa nkissru kullimkien

laham abjad kif ukoll ahmar
u il kebabs ma jonqsux
malli nibda nahseb flikel
il lunch qas naf immissux

u ahjar nieqaf fuq likel
ghax sa nghama ga bil guh
u kull min jajdli xi haga
jiena nwiegb "MEEEJIIINNUUUUFFFF??"

No comments: