Tuesday, November 3, 2009

In Nghasa

Fis silenzju tal ufficju
l arlogg immarka is saghtejn
harist wahda hafif madwari
u kulhadd jghorok l ghajnejn

Kafejiet ghamilt xi tlieta
izda donnhom ma hadmux
igibuk xi naqa ftieghek
biss leffetti ma jdumux

ghax il hedla li tirkibni
fis sajf wara nofsinhar
is saqajn inhoss jinqataw
u nkun qieghed nara ic cpar

Il kilba ghal hidma tonqos
ghalkemm qatt ma kienet hemm
l ghajnejn jinghalqu wahedom
nitlob illi x xoghol jintemm

Dik in nghasa wara likel
lila biss inkun irrid
sabiex forsi sa flaxija
al hrug jigi dlonk l aptit

u ghalxejn nejd imbad norqod
malli nkun wasalt id dar
malli nohrog mill ufficju
in nghas kollu ikun tar

ghallura nahdem somma f mohhi
u fliskuzi ma ninheliex
dan in nghas mhuwiex hlief skuza
ghax aptit ghax xoghol m'ghanniex

u hekk kif inhoss li gejja fuqi
is sahha u l energija
u lest illi nghamel sforzi
sabiex ngheleb it tbatija

hekk kif ghajnejja jinfethu
u li gej f tieghei minghalija....



....il boss jidhol isibni rieqed
nghidlu "Marret ghajni bija"

No comments: